Jekk trid iktar informazzjoni jew tixtieq għajnuna biex tissieħeb fil-V43,
Imla l-formola onlajn hawn hekk u nikkuntatjawk lura aħna.
Iva, il-V43 hija membership fiha nfisha. Tista’ tagħmel upgrade mill-membership mħallsa ghall-V43 u l-ammont li diġa’ ħallast jiġi mnaqqas mill-V43.
Inti mitlub tmur it-ticket booth tal-grawnd mat-tifel/tifla, tippreżenta s-season ticket u jingħatalhom il-biljett b’xejn.
Iva, kull membership tal-V43 (1-943) tista’ tiġi mixtrija minn persuna jew numru ta’ persuni, azjendi kummerċjali u familji. Dan hu possibbli minħabba l-fatt li din tista’ tiġi mgħoddija lil persuni oħra fil-futur jew tintiret. Ovvjament jinghata season ticket wiehed biss ma kull membership.
L-ewwel priorita tas-season tickets ser tkun ghall-membri tal-V43. Dawn ser ikollhom ukoll opportunita garantita li jistghu jixtru biljett ghal-partiti li m’humiex koperti mis-season ticket (Jubilee Cup, FA Trophy etc). Jekk ma tkunx trid tohrog l-ammont kollu f’daqqa tista’ wkoll thallsu fix-xahar. Wara li jigu moghtija s-season tickets il-V43 members kollha, tkun tista’ tixtri season ticket mingħand membri tas-Supporters Club għall-prezz ta’ €250
Għall-ewwel ftit logħbiet is-season ticket jista’ jinġabar mingħand l-amministraturi tal-V43 fil-Fanzones jew barra l-grawnd qabel il-logħba. Tista’ ccempel fuq 79791943 ghal-aktar informazzjoni dwar dan.
Il-€250 li ħallast jistghu jiġu trasferiti għall-V43 membership.
In-numri tal-membership huma on a first-come-first-served basis. Jekk in-numru jkun diġa’ ittieħed, membri mill-amministazjoni ser jagħmlu kuntatt mieghek biex tagħżel numru ieħor.